Lokali

Iċedi saqaf ta’ residenza antika f’Ħal Luqa

Żewġ Taljani ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li ċeda saqaf ta’ residenza antika f’Ħal Luqa.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Luqa marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien waqa` saqaf ta’ sit li kienu se jibdew isiru xi xogħolijiet fih u żewġ irġiel Taljani li kienu ġewwa sofrew xi ġrieħi.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu liż-żewġt irġiel ta’ madwar 33 u 46 sena, minn qalb it-tifrik filwaqt li tim mediku assista lill-persuni. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard wieħed mill-irġiel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tal-persuna l-oħra għadha mhux magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr R. Montebello, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.