Sport

Illum jirritorna Sport Extra fuq Net TV

Illum mis-6.05 ta’ filgħaxija ‘l quddiem jirritorna l-programm Sport Extra. Din se tkun id-19-il sena li dan il-programm bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli se jixxandar fuq Net TV.

Fl-ewwel programm tal-lum, intervista esklussiva ma’ wieħed mill-aqwa ċiklisti ta’ kull żmien Claudio Chiappucci flimkien ma’ siltiet dwar dak li huwa wettaq f’Capri ftit tal-ġimgħat ilu. Sport Extra segwa lil Chiappucci flimkien mal-cameraperson Carmine Giannattasio.

Fit-tieni parti tal-programm, intervisti ma’ żewġ triatleti Maltin li matul ix-xhur tas-sajf kienu protagonisti bir-riżultati li wettqu. Dawn huma Fabio Spiteri li ħa sehem fit-Triple Ultra Triathlon u Hannah Pace fil-Kampjonati tal-Ewropa.

Il-filmati ta’ dan il-programm saru mill-cameraperson Keith Mizzi filwaqt li l-muntaġġ tas-servizzi sar minn Samira Cachia Spiteri. Il-grafika u l-ftuħ tal-programm sar minn Stephen Chircop.