Lokali

Serqa f’Birkirkara f’nofs ta’ lejl: taħrab bi flus kontanti

Arkivji

Kmieni l-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tan-00.30 seħħet serqa fi stabbiliment fi Triq il-Wied f’Birkirkara.

Il-Pulizija permezz ta’ stqarrija qalu li mill-ewwel stħarriġ jidher li mara daħlet ġo stabbiliment tipponta idejha, li kienet imgeżwra f’xugaman u talbet il-flus lil kaxxiera, tfajla ta’ 18-il sena.

Il-mara ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.

Ġo l-imsemmi ħanut fil-ħin tas-serqa, kien hemm impjegati oħra li fortunament ħadd minnhom ma weġġa’ tul dan l-inċidnet.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.