Lokali

Xufier ta’ mutur isofri minn ġrieħi gravi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel barrani ta’ 26 sena, u VW Passat li kienet misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Ix-xufier tal-mutur, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.