Lokali Parlament

Il-kuntatti ta’ Chris Cardona mal-qattiela ta’ Daphne jridu jkunu investigati

– Jason Azzopardi,PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella biex issir inkjesta pubblika dwar il-kuntatti li l-Minitru Laburista Chris Cardona kellu mal-qattiela ta’ Daphne Carauana Galziia.

Fl-Aġġornament tal-parlamnet Jason Azzopardi tkellem dwar l-aħbar gravi ta La Repubblica dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qal li l-akkużi huma li kontra dak li qal Chris Cardona li ma kinx jaf lill-akkużati kien żvelat li f’party ta’ 40 persuna biss kien hemm preżenti Chris Cardona u wieħed mill-akkużati bl-qtil ta’ Caruana Galizia. Għaliex il-ministru gideb f’April li għadda meta qal li hu qatt ma ltaqa’ mal-akkużat. Il-Ministru għadu jgħid x’inhu r-rapport li għandu ma persuni fl-underworld.

Jason Azzopardi kompla li lill-ġurnalisti Chris Cardona qal li ma kellux għalxeiex jagħti sodisfazzjon dwar il-kuntatti tiegħu.

F’Ottubru 2016, sena qabel il-qtil, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet storja dwar kuntrabandu ta’ fuel mil-Libja wara li kien hemm karozza bomba. La Repubblica qal li meta dan it-traffikant ċempel lil Daphne Caruana Galizia bil-verżjoni tiegħu u kif qata’ hu jċempel lil Chris Cardona u lil wieħed mill-akkużati. Il-Prim Ministru hu kompliċi u ma jagħmel xejn kemm Cardona ma jafx xi ħaġa fuq il-Prim Ministru.

Hu tkellem dwar is-sim cards li intuaża sena wara fil-karozza bomba. Fi Frar 2017 hu l-perjodu meta Joseph Muscat dideċieda li jsejjaħ l-elezzjoni bikrija, li ma ssejħtix minħabba Egrant. X’kien ġej daqshekk imporanti li l-gvern ried jeħles l-elezzjoni bikrija?

Il-Maġistrat li kien qed imexxi l-inkjesta kellu talba rifjutata mis-Servizz Sigriet ta’ Malta għall-informazzjoni li huma għandhom fuq diversi persuni involuti. Ftit ġranet ilu flimkien ma’ sieħbu waqgħu l-libelli kontra Daphne Caruana Galizia biex il-provi ma joħorġux.

Hu smam wkoll il-fatt li fl-14 ta’ Ottbru 2018, il-Prim Ministru deher abjad karti u f’sitwazzjoni ħażina ftit qabel il-qtil ta Daphne Caruana Galizia. Għaliex il-Gvern żamm dan il-fatt mistur.. staqsa Jason Azzopardi.

Jason Azzopardi qal li l-PN ingħata raġun mill-qorti li liġi tal-finanzjamnt tal-pariti qed tikser id-drittijiet fundamentali tal-PN. Il-PN kien favur din il-liġi iżda mhux fil-mod kif din qed titħaddem.Il-Qorti Kostituzzjoni ta’ raġun lill-PN u bagħtet is-sentenza lill-parlament biex il-Ministru tal-Ġustizzja jkollu jagħmel emenda.