Lokali Parlament

Jinsisti għal stqarrija ministerjali dwar rivelazzjonijiet ta’ La Repubblica dwar Chris Cardona

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal fil-parlament li l-Ministru Laburista Chris Cardona kien ma’ Alfred Degorgio, wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia f’party fl-2017 u nsista li ssir stqarrija ministerjali dwar dan. Hu qal l din hi kwistjoni ta’ interess nazzjonali.

Jason Azzopardi rrifera għal rapport ta’ La Repubblica li ppubblikat rapport li fih intqal li żewġ xhieda investigati fil-qtil ta’ Daphne Carauna Galizia sostnew li Chris Cardona u Alfred Degorgio kienu iltaqgħu b’bachelor’s party fid-19 ta’ Ġunju 2017 f’villa fil-Fawwara.

Il-ġurnal irraporta woll li fir-rebbiegħa tal-2016 saret telefonata relatata ma’ dgħajsa tas-sajd b’konnessjonijiet mat-traffikar taż-żejt. Ir-rapport jispeċifika li din l-informazzjoni hi utli fil-mod kif Cardona jista’ jkun relatat fil-kuntest li l-qattiela ta’ Caruana Galizia u t-traffikanti ltaqgħu.

La Repubblica qalet li Cardona hu wieħed mill-persuni kruċjali f’din l-istorja. La Repubblica sostniet li l-bomba li qatlet lil Caruana Galizia inħadmet f’garaxx li hu frekwentat minn Robert u Adrian Agius u Jamie Vella; persuni li għandhom interess qawwi fit-traffikar bejn Malta, Sqallija u l-Albanija.

Dan il-perusni nħelsu wara l-arresti tal-aħwa Degorgio u Muscat. Adrian u Robert Agius huma t-tfal tan-negozjant Raymond Agius li nqatel fl-2008 fil-Butterfly Bar f’Birkirkara. Il-persuni l-oħra arrestati kienu Miguel Crauana, Sandro Cilia, Jamie Vella, Anton Cachia u Rudy Camilleri. S’issa ħadd għadu ma tressaq il-qorti.
Caruana Galizia kienet kitbet numru ta’ artikli dwar Agius fil-perjodu li s-Supermarket Chain kien falla u Ryan Schembri, il-kuġin ta’ Keith Schembri ħarab mill-pajjiż.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li ma kinitx se ssir stqarrija fil-parlament. Dan wara li l-ebda ministru tal-gvern ma qam biex jagħmel stqarrija.