Futbol Sport

Jitħabbru t-30 plejer finalist għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb

Il-magazine Franċiż France Football ħabbar il-lista tat-30 plejer finalist għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb ta’ din is-sena. Fost il-plejers f’din il-lista hemm il-Portugiż Cristiano Ronaldo, li jinsab fil-lista minkejja allegazzjoni ta’ stupru fuq mara li ltaqa’ magħha f’Las Vegas fl-2009, akkuża li Ronaldo ċaħad bil-qawwa. L-ismijiet ħarġu fi gruppi ta’ ħamsa matul il-ġurnata, b’lista totali ta’ 30 plejer, biċ-ċerimonja ssir fit-3 ta’ Diċembru f’Pariġi.

Il-Ballun tad-Deheb hu separat mill-unur annwali li tagħti l-FIFA, li din is-sena ntrebaħ mill-midfielder Kroat Luka Modric. Ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb jintgħażel minn numru ta’ ġurnalisti internazzjonali, b’rappreżentant għal kull pajjiż.

Il-ġurija tinnomina l-plejers fuq il-prestazzjonijirt tagħhom waqt is-sena kalendarja, it-talent u l-fair play kif ukoll il-kisbiet tagħhom matul il-karriera.  Kull membru tal-panel jagħżel l-aqwa ħames nominati, bl-ewwel għażla jingħata sitt punti, it-tieni għażla jieħu erba’ punti, it-tielet jieħu t-tliet punti, ir-raba’ żewġ punti u l-ħames għażla jieħu punt.

Wara li jkunu vvutaw il-membri kollha tal-panel, il-plejer bl-aktar punti jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. F’każ li jkun hemm żewġ plejer bl-istess ammont tal-punti, il-plejer bl-aktar preferenzi tal-ewwel post jirbaħ l-unur.

In-nominati għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb

Sergio Aguero                Manchester City u Arġentina

Alisson                            Liverpool u Brażil

Gareth Bale                    Real Madrid u Wales

Karim Benzema             Real Madrid

Edinson Cavani             PSG u Urugwaj

Thibaut Courtois           Real Madrid u Belġju

Cristiano Ronaldo         Juventus v Portugall

Kevin De Bruyne           Manchester City u Belġju

Roberto Firmino            Liverpool u Brażil

Diego Godin                   Atletico Madrid u Urugwaj

Antoine Griezmann      Atletico Madrid u Franza

Eden Hazard                 Chelsea u Belġju

Isco                                 Real Madrid u Spanja

Harry Kane                    Tottenham u Ingilterra

N’Golo Kante                Chelsea u Franza

Hugo Lloris                   Tottenham u Franza

Mario Mandzukic        Juventus u Kroazja

Sadio Mane                   Liverpool u Senegal

Marcelo                          Real Madrid u Brażil

Kylian Mbappe             PSG u Franza

Lionel Messi                 Barcelona u Arġentina

Luka Modric                 Real Madrid u Kroazja

Neymar                          PSG u Brażil

Jan Oblak                      Atletico Madrid u Slovenja

Paul Pogba                    Manchester United u Franza

Ivan Rakitic                   Barcelona u Kroazja

Sergio Ramos               Real Madrid u Spanja

Mohamed Salah           Liverpool u Eġittu

Luis Suarez                   Barcelona u Urugwaj

Raphael Varane           Real Madrid u Franza