Futbol Sport

FILMAT – Il-Maltin jaslu l-Kosovo…għada fis-6pm l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ

Ray Farrugia flimkien ma' Branko Nisevic (xellug) u Luca Pagani (lemin)

It-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Ray Farrugia, illejla wasal f’Pristina, il-Kosovo jumejn qabel il-partita ta’ nhar il-Ħamis filgħaxija kontra l-istess Kosovo. Din il-partita se tkun l-ewwel waħda minn tnejn fi spazju ta’ ftit jiem, hekk kif nhar il-Ħadd li ġej Malta tilgħab kontra l-Ażerbajġan. Iż-żewġ partiti huma validi mill-grupp tal-UEFA Nations League.

Net Television, permezz tal-Kap tat-Taqsima Sport, Christian Micallef jinsab isegwi lit-tim nazzjonali f’dawn il-jiem fil-Kosovo u l-Ażerbajġan. Segwu dan is-sit għall-aħħar filmati u aħbarijiet.