Lokali Parlament

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jisfida lil Muscat wara li fajjar allegazzjonijiet fil-Parlament

Muscat qam ifajjar allegazzjonijiet u tgħajjir fil-Parlament

It-Tlieta fil-Parlament il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lid-Deputat Nazzjonalita Simon Busuttil wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat insulentah bil-kelma “frodist”.

Fuq Twitter, Adrian Delia sfida lill-Prim Ministru biex jissustanzja jew jirtira l-kummenti li qal fil-konfront ta’ Simon Busuttil.

Insista ukoll ma’ Muscat fuq il-pubblikazzjoni immedjata tal-inkjesta Egrant, sabiex ma jkunx hemm żbilanċ politiku – żbilanċ li inħoloq mill-Avukat Ġenerali.