Lokali

Tnejn l-isptar wara argument f’Ta’ Paris – arrestata persuna

Żagħżugħ t’20 sena safa midrub gravi b’daqqiet ta’ sikkina jew imqas f’argument li kellu ma’ raġel ieħor fid-dar tal-ġenituri tiegħu f’Birkirkara.

L-argument qam fid-dar fejn joqgħod iż-żagħżugħ fi Triq Tumas Galea f’Birkirkara ma’ nofsinhar. Xi nies semgħu l-għajjajt għall-għajnuna u huma sejħu lill-pulizija immedjadmant. Fuq il-post ftit tal-ħin wara waslu l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit li kellhom jiġru wara l-aggressur li pprova jaħrab.

Il-pulizija kellha wkoll tispara żewġ tiri fl-ajru biex twaqfu. Fuq il-post intbagħtu żewġ ambulanzi b’waħda minnhom titlaq tiġri lejn l-isptar biż-żagħżugħ midrub li kien mimli dmija. L-aggressur li għandu 34 sena wkoll ittieħed l-isptar għall-osservazzjoni.

Dan tal-aħħar huwa magħruf mal-pulizija.

Il-pulizija tad-distrett qed tinvestiga.