Futbol Sport

FILMAT – Ryan Camilleri dubjuż għal kontra l-Kosovo

Id-difensur ta’ 30 sena, Ryan Camilleri jinsab dubjuż għall-partita ta’ għada kontra l-Kosovo hekk kif dalgħodu l-plejer qam bl-għaksa minfuħa. F’kummenti li ta ftit tal-ħin ilu lil paġna ta’ Replay fuq Facebook, il-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia qal li għal kontra l-Kosovo, Camilleri hu l-uniku dubju li għandu. It-tim nazzjonali se jkun qed jitħarreġ għall-ewwel darba fil-Kosovo llum, fis-6pm.

Għal aktar dettalji dwar il-preparazzjoni ta’ Malta għall-partita ta’ kontra l-Kosovo, segwu l-paġna ta’ Replay, Net Television u www.netnewscom.mt.