Kunsilli Lokali Lokali

Il-Floriana – Ġenna ta’ Ġonna

Mill-unika stazzjon tal-ferrovija ta’ taħt l-art għal ġonna silenzjuzi għajr l-ambjent tagħhom… Dan kollu se jiġi esebit il-Ħadd li ġej tul l-attività Ġenna ta’ Ġonna, fejn il-Floriana se tingħata ħajja ġdida.
Dettalji dwar din l-attività ngħataw mill-Kunsill Lokali tal-Floriana f’konferenza tal-aħbarijiet fi Ġnien Re George V.

“Se naraw il-Floriana minn perspettiva differenti”

L-attività Ġenna ta’ Ġonna għandha l-għan li tesebixxi s-sbuħija ta’ din il-lokalità flimkien ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kultura u l-istorja Maltija, kif spjega sew il-Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-Kunsillier responsabbli mill-attivitajiet James Aaron Ellul.

Huwa sostna li għalkemm fil-lokalita tal-Floriana qed naraw populazzjoni li kull ma jmur qed tonqos, il-Floriana xorta waħda baqgħet lokalita attivà b’bosta entitajiet lokali li se jipparteċipaw għal din l-attività.

James Aaron Ellul – Minority Leader tal-PN fil-Floriana

Ellul qal li fost l-attrazzjonijiet waqt Ġenna ta’ Ġonna se jkun hemm ukoll re-enactments ta’ żmien il-kavallieri, tours bil-vettura mal-lokal, tours fis-swar u l-ġonna, esebizzjoni tat-tajr li imbagħad se jittajru fuq il-Fosos, esebizzjonijiet ta’ karozzi antiki u kif ukoll tal-arti bil-banda ddur mat-toroq u tikser is-silenzju tal-Ħadd li ssoltu jirrenja f’din il-Belt.

Fatt interessanti huwa li Triq il-Miratur se tkun mimlija attività, fejn se tilqa’ numru ta’ NGO’s u kumpanniji li se jagħtu lenti ġdida lil din iz-zona tal-Floriana. Fost l-attività se jkun hemm taħdita ma’ Oliver Friggieri, personaġġ Furjaniz organizzata mill-Għaqda tal-Malti

L-ambjent ta’ familja se jkompli jdawwal il-lokalità tal-Floriana u dan kollu se jsir il-Ħadd li ġej bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ waranofsinhar fl-attività Ġenna ta’ Ġonna fil-Floriana