Sport Sport Ieħor

Jinsteraq it-trofew tat-Tour de France

Dettalji miġbura minn Charles Camenzuli

Insteraq it-trofew tat-Tour de France mirbuħ minn Geraint Thomas aktar kmieni din is-sena.

It-trofew mirbuh minn Sky Team kien qieghed espost f’avveniment li sar f’Birmingham organizzat minn wahda id-ditti ewlenin fic-ciklizmu Pinarello. Dan kien wiehed mill-bosta avventimenti li qed isiru fir-Renju Unit biex ikun iccelebrat is-success ta’ Thomas.

Ezatt malli sehh l-incident Geraint Thomas ikkummenta li apparti s-sinfikat li ghandu ghalih dan it-trofew, min serqu ser ikun ferm difficli biex jiddisponi minnu. Dwar dan ghamel wkoll appell il-kap Ezekuttiv ta’ Pinarello Richard Hammington fejn talab lil min serqu sabiex jirritornah minhabba l-valur sentimentali ghal Thomas.

Is-success ta’ Thomas fit-Tour de France ta’ din is-sena kien is-sitt wiehed ghal Sky Team f’dawn l-ahhar 7 snin.

Fl-istess waqt il-pulizija ta’ Birmingham qed tissokta bl-investigazzjoni taghha.