Lokali Saħħa

“Spalla ma’ spalla għalikom” – Adrian Delia

Illum id-dinja qed tfakkar il-Jum Internazzjonali dedikat għall-għarfien dwar is-Saħħa Mentali.

F’din l-okkażjoni, il-Kap tal-PN sellem lil dawk kollha li għaddejin minn sfidi ta’ din ix-xorta, filwaqt li wassal messaġġ qawwi biex niġġieldu l-istigma li teżisti.

“Fil-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali niftakkru fil-membri tal-familji tagħna, fil-ħbieb, ġirien u ħutna Maltin li b’xi mod jew ieħor qegħdin isoffru fis-silenzju. Ejjew inkunu spalla għalihom, mhux illum biss iżda kuljum”.