Lokali

Ikisser żewġ karozzi f’ħabta kerha

Sewwieq ma sofra l-ebda feriti wara li ħareġ mill-karozza li irnexxielu jfarrak fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.

Filmat li kiseb Net News juri l-mument li fih karozza antika ta’ lewn isfar ħabtet f’żewġ vetturi f’ħin meta t-traffiku f’din it-triq ikun fl-aqwa tiegħu.

Is-sewwieq ma’ ġralu xejn iżda l-karozza li kien qed isuq ġarrbet ħsarat konsiderevoli.

Aktar kmieni

Ħabta kerha li seħħet ftit tal-ħin ilu wasslet biex kellha tingħalaq parti mit-triq li minn Tas-Sliema twassal lejn il-Gżira. Fil-fatt Net News hu nfurmat li f’dawn il-ħinijiet fix-xatt ta’ Tas-Sliema inġema’ ammont kbir ta’ traffiku.

Il-każ seħħ ftit wara d-9:10am.