Lokali

Karozza tieħu n-nar f’Ħaż-Żabbar

Ħadd ma weġġa’ hekk kif ilbieraħ f’Ħaż-Żabbar kien hemm vettura li ħadet in-nar. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslu fil-post immedjatament, u f’ħin qasir ikkontrollaw in-nirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:45pm fi Triq Villabate, int u nieżel lejn Wied il-Għajn.

Il-vettura kienet tat-tip Toyota.