Lokali

Iċ-ċikkulata Ruby f’pajjiżna

Is-sena li għaddiet għall-ewwel darba fi 80 sena, kienet ġiet ippreżentata ċikkulata ġdida b’kulur roża u b’togħma ta’ frott.

Iċ-ċikkulata Ruby hija r-raba’ kategorija ta’ċikkulata fid-dinja, u issa tinsab f’pajjiżna għand dawk il-ħwienet taċ-ċikkulata u dulċiera li jaħdmu biċ-ċikkulata.

Fl-attività ta’ tnedija ta’ dan il-prodott intqal li peress li din iċ-ċikkulata hija roża ġiethom idea li jorbtu dan l-avveniment mal-Pink October.

Iċ-ċikkulata hija magħmula minn żerriegħa tal-kawkaw u l-prodott huwa naturali, bl-ebda ingridjenti żejda ta’ kulur jew ta’ flavouring fiha.

Ir-riċetta RB1 hija magħmulha bl-għajnuna ta’ ċikkalutiera Belġjani. Din iċ-ċikkulata, li ħafna jsejjħulha bħala “sweet yet sour” tista’ tgħid hija defenizzjoni ta’ ċikkulata bl-aqwa toma ta’ frott.