Lokali

It-tluq ta’ Muscat diskuss fl-ogħla livelli tal-Gvern

It-tluq ta’ Joseph Muscat minn Prim Ministru u Mexxej Laburista qed jiġi diskuss fl-għola liveli tal-Gvern.

Dan jikkonfermah id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt il-programm 10Q li xxandar ilbieraħ fuq NET Television.

Waqt l-intervista ma’ Sergio Mallia, Chris Fearne ma ċaħadx li hu qed jaħdem biex jieħu postJoseph Muscat għalkemm jiddikjara li jippreferi li kieku Muscat iżomm postu u ma jitlaqx.

Joħroġ ukoll li f’diverersi xorti hu u Joseph Muscat ma jaqblux, iżda Fearne jgħid li allaħares kulħadd jaqbel f’kollox.

Viżibbilment skomdu, Chris Fearne ma jgħidx x’jaħseb dwar il-kumpaniji sigrieti li fetħu fil-Panama l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, anzi jinsisti li min jinstab li għamel ħażin irid iħallas ta’ għemilu.

Mistoqsi ripetutament dwar il-kuntratt li Konrad Mizzi ta’ lil VITALS meta għaddielhom tlett sptarijiet pubbliċi, Chris Fearne jevita li jikkummenta u minflok iwieġeb billi jfaħħar lil Steward Health Care li taħt it-tmexxija tiegħu ħadu post il-VITALS li telqu minn Malta b’ħamsin miljun li għaliehom m’għandhom xejn x’juru.