Lokali Saħħa

Jackpot.com jappoġġja l-kampanja Pink October

Ottubru huwa x-xahar iddedikat għal Breast Cancer Awareness u biex jappoġġja din il-kawża, is-sit elettroniku tal-lotterija Jackpot.com, qed jiġbor fondi li ħa jmorru għall-kampanja Pink October.

Jackpot.com ħa jagħmel dan billi jagħti €1 għal kull abbonament li jinxtara dan ix-xahar.

Titlifx it-tlugħ tal-lotterija
Fuq dan is-sit elettroniku inti tista’ tilgħab fuq l-akbar lotteriji madwar id-dinja. Mill-Powerball tal-Istati Uniti għal-lotterija esklussiva tagħhom, Jackpot Lotto, li għandhajackpot ta €100,000 darbtejn kuljum. Biex tabbona sempliċi immens. Kemm tagħżel il-lotterija favorita tiegħek u huma jieħdu ħsieb il-bqija biex sserraħ rasek li n-numri li għażilt ħa jintlagħbu, u inti ma titlifx ċ-ċans li tirbaħ il-jackpot.

Ftit xhur ilu, mara Maltija rebħet €97,000 bl-abbonament li kellha ma’ Jackpot.com fuq il-lotterija tant popolari EuroMillions. Ir-rebbieħa qalet “Dik hija l-aqwa ħaġa. Kieku kelli noqgħod indaħħal in-numri tiegħi ġimgħa wara l’oħra, żgur kont ninsa. Hekk isiru waħedhom!”

Sabiex inkomplu nsemmu lotteriji kbar, il-jackpot tal-Mega Millions laħaq l-€ 479 miljun, bit-tlugħ tiegħu ssir illejla. Dan ifisser li issa huwa iż-żmien, aħjar minn qatt qabel, biex tagħmel l-abbonament tiegħek għaliex dan l-abbonament jinkludi ukoll din il-lotterija daqstant kbira.

Jackpot.com u Pink October
Ix-xahar iddedikat għal Breast Cancer Awareness twaqqaf fl-Istati Uniti fl-1985 b’tentattiv biex iħeġġeġ lill-pubbliku jagħmel skrining tas-sider. Minn dakinhar l‘hemm, l-appoġġ għal din il-kampanja sploda madwar id-dinja, b’bosta avvenimenti, organizzazzjonijiet u individwi jżidu l-ġbir ta’ fondi għar-ricerka dwar il-kanċer tas-sider.

Il-fondi li ħa jinġabru minn Jackpot.com se jmorru għal NGOs biex ikomplu jedukaw u jipprovdu programmi importanti għal pazjenti għaddejjin minn din il-battalja.

Inti lest biex tissieħeb f’din il-ġlieda? Flimkien nistgħu nirbħu.