Sport Sport Ieħor

Roger Federer kontra Borna Coric fis-semifinali tal-Masters ta’ Shanghai

(Ritratt: Shanghai Masters)

Roger Federer kompla jittama li jiddefendi b’suċċess il-Masters ta’ Shanghai hekk kif avvanza għas-semifinali b’rebħa ta’ 6-4, 7-6 fuq Kei Nishikori. L-Iżvizzeru ta’ 37 sena qed jimmira li jirbaħ l-ewwel titlu Masters minn meta rebaħ dan l-avveniment is-sena l-oħra, u fis-semifinali se jkun qed jilgħab kontra l-Kroat Borna Coric.

Coric li għandu 21 sena, kien għeleb lill-20 darba rebbieħ ta’ Grand Slam fil-finali f’Halle din is-sena. Coric kompla l-aqwa sena fil-karriera tiegħu meta għeleb lill-Awstraljan Matthew Ebden 7-5, 6-4.

Is-Serb Novak Djokovic għeleb lil Kevin Anderson 7-6, 6-3 f’ripetizzjoni tal-finali ta’ Wimbledon ta’ din is-sena, u jaffronta fis-semifinali lil Alexander Zverev. Is-sid numru ħamsa fid-dinja għeleb lil Kyle Edmund 6-4, 6-4.

Tags