Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Attività li tfakkar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia

Nhar it-Tlieta 16 ta’ Ottubru 2018, sena wara l-qtil brutali tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa se jkun qed jorganizza attività biex ifakkar il-memorja u l-legat tagħha.

L-attività se tkun indirizzata mill-MEP David Casa, kif ukoll minn membri oħrajn tal-Parlament Ewropew u kelliema distinti li jinkludu lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ ġurnalisti internazzjonali.

L-attività tinkludi wkoll esebizzjoni tal-arti.

L-MEP David Casa qal: “Daphne Caruana Galizia hi magħrufa l-aktar għall-ħidma fil-ġurnaliżmu investigattiv. Hi kienet soda fl-impenn tagħha biex tesponi l-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter. Hi kienet tissimbolizza l-libertà tal-espressjoni. Nhar it-Tlieta, aħna se nfakkru l-memorja u l-legat ta’ Daphne Caruana Galizia.”

L-attività tibda fl-10:00 u tispiċċa fin-12:30 Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta. Dawk li jixtiequ jattendu huma mistiedna jaraw għadx baqa’ postijiet billi jibgħatu email fuq david@davidcasa.eu.