Sport Sport Ieħor

Roger Federer eliminat minn Borna Coric fis-semifinali tal-Masters ta’ Shanghai

Roger Federer kien eliminat mill-Masters ta’ Shanghai meta safa megħlub fis-semifinali mill-Kroat Borna Coric, bl-avversarju se jkun Novak Djokovic li għadda għall-finali b’rebħa dominanti.

L-Iżvizzeru rebbieħ 20 darba ta’ Grand Slam, se jitlef ukoll it-tieni post fir-rankings tad-dinja għas-spejjeż ta’ Djokovic. Għal Coric din se tkun l-ewwel finali f’tournament tal-Masters, biż-żagħżugħ jegħleb lil Federer 6-4, 6-4.

Djokovic li għandu 31 sena ġej minn 17-il rebħa konsekuttiva, sensiela li tinkludi r-rebħ tal-Open tal-Istati Uniti u l-Masters ta’ Cincinnati. L-aħħar logħba li r-rebbieħ ta’ Wimbledon tilef kienet fl-10 ta’ Awwissu fit-tielet rawnd tat-Tazza Rogers.

“Li nkun is-sid numru tnejn fid-dinja wara dan it-tournament hi wkoll kisba, meta wieħed jikkunsidra li l-ewwel erba’, ħames xhur tas-sena kelli operazzjoni fil-minkeb,” qal l-14-il darba rebbieħ ta’ Grand Slam Djokovic.

Tags