Lokali

Dejjem bi tbissima minkejja t-tbatija – Geatana Buttigieg tgħalaq 100 sena

Gaetana Buttigieg is-Sibt li għadda għalqet 100 sena. Ftit minuti titkellem magħha u diffiċli ma tinnutax it-tbissima fuq wiċċha – tbissima li qatt ma taqta’ u li bla ma trid iġġiegħlek titbissem magħha.

Net News tkellem magħha u mal-ewwel ħareġ l-umoriżmu fi kliema. 100 sena li tistqarr magħna li ma kinux ta’ ferħ biss hekk kif tul ħajjitha kellha diversi sfidi, fosthom żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

100 sena u Gaetana għadha mimlija saħħa, imdawra b’dawk l-iktar għeżiż għaliha. Gaetana kompliet titkellem magħna u qaltilna s-sigriet biex qabżet il-100 sena …

Hi ċċelebrat għeluq sninha billi iltaqgħet ma’ qrabatha f’ċelebrazzjoni li saret fir-residenza ‘Little Sisters of the Poor’ – ir-residenza li ilha tgħix fiha għal dawn l-aħħar 10 snin, meta kellha 90 sena.

Dawk li marru jżuruha daru kollha magħha jifirħu biha filwaqt li tawha diversi rigali għal dan il-jum tant speċjali.

Gaetana spiċċat titkellem magħna billi għaddiet messaġġ lil dawk kollha li qed jisimawha.