Sport Sport Ieħor

Del Potro jsofri ksur fl-irkoppa leminija

(Ritratt: EPA)

Il-finalist tal-Open tal-Istati Uniti Juan Martin del Potro weġġa’ l-irkopa leminija wara li waqa’ waqt logħba f’Shanghai l-ġimgħa li għaddiet. Del Potro li matul il-karriera kien sfortunat bl-injuries, irtira mil-logħba tal-aħħar 16 kontra Borna Coric il-Ħamis.

Fi stqarrija ntqal li l-istudji mediċi li saru s-Sibt urew li del Potro għandu ksur fl-għadma tal-patella leminija. “Fil-jiem li ġejjin, it-tobba se jagħmlu evalwazzjoni tal-proċess ta’ rkuprar li hemm bżonn biex jirritorna.”

L-Arġentin ta’ 30 sena li jinsab fir-raba’ post fir-rankings tad-dinja kien qed jilgħab wieħed mill-aqwa staġun tiegħu fl-karriera. Fl-ewwel kummenti li għadda, del Potro qal li hu mument diffiċli għalih u jinsab imdejjaq għaliex saħaq li tħallih bla saħħa.

Hu kompla li hu diffiċli għalih biex jaħseb meta se jirkupra għaliex ma stenna qatt li se jweġġa’ b’dan il-mod.

Tags