Raġel mill-Eritrea residenti Birkirkara nżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lill-ex sieħba tiegħu.
L-allegat każ seħħ nhar il-Ġimgħa fir-residenza privata tal-mara Etjopjana fi Triq il-Frejgatina, San Pawl il-Baħar.
Mearg Haile, ta’ 30 sena, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, fosthom ukoll li darab lill-vittma ħafif.
Madanakollu l-barrani nżamm taħt arrest wara li ma saret ebda talba għall-ħelsien tiegħu mill-Avukat tad-difiża Martha Mifsud.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Godwin Scerri.
//= $special ?>