Sport

L-akkademja tal-Judo tal-IJF fit-tieni programm Sport Extra

Illum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar it-tieni programm Sport Extra li għad-19-il sena konsekuttiva jagħmel parti mill-iskeda ta’ Net TV bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Sport Extra numru tnejn hu wieħed speċjali b’rabta mal-Akkademja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo li kienet preżentata uffiċjalment f’pajjiżna fil-ġranet li għaddew.

Flimkien mal-cameraperson Michael Farrugia u l-muntaġġ tas-servizzi ta’ Samira Cachia Spiteri, fil-programm hemm xejn anqas minn sitt intervisti ma’ personalitajiet ewlenin fid-dinja tal-judo li kienu uħud minn dawk li nġiebu Malta għal din l-okkażjoni.

Dawk intervistati kienu Daniel Lascau (rebbieħ tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonat tad-Dinja fl-1991, Mark Huizinga (rebbieħa tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Sydney fl-2000, il-judokas Taljani Giulia Quintavalle (rebbieħ ta’ midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008), Lucia Morico (rebbieħ tal-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Ateni fl-2004) u Rosalba Forciniti (rebbieħ tal-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012) flimkien ma’ Ruben Houkes (rebbieħ tal-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008).

Il-programm sar bil-kollaborazzjoni tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo.