Lokali

Prim Ministru li jagħżel li jumilja lill-pajjiż flok jiddiskuti fil-Parlament Malti

Jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat verament għandu għal qalbu t-tisħiħ tad-demokrazija, tal-istituzzjonijiet u t-tħaddim tar-rule of law kien iwettaq immedjatament ir-riformi meħtieġa, li l-Oppożizzjoni issa ilha ż-żmien turih li jeħtieġ li jsiru immedjatament.

Għax il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici falla fil-ħidma tiegħu u ma ressaqx l-abbozzi tal-liġi għar-riforma, Joseph Muscat għażel li jitlob lill-Venice Commission for Democracy through Law biex tagħtih il-pariri. Dan f’att ta’ umiljazzjoni u attentat biex it-tibdil meħtieġ idum biex jidħol fis-seħħ.

Li kieku Joseph Muscat mhux ‘supperv’ kif qed jgħid, kien jilqa’ l-istedina tal-Oppożizzjoni u jidħol f’diskussjoni serja fil-Parlament. Ħaġa li qed jaħrab u jibża li jagħmel u ma kienx hemm il-bżonn li jmur għand il-Venice Commission biex isiru r-riformi u jitressqu l-emendi fil-liġi.