Sport Waterpolo

Marsaxlokk ASC jakkwistaw lil Timmy Agius

(Ritratt: Domenic Borg)

Wara li ftit jiem ilu ħabbru l-akkwist tal-Kroat Andrija Vlahovic għall-kampjonat tas-sajf li ġej, Marsaxlokk Brown’s Pharmacy ħabbru l-akkwist tal-plejer ta’ 28 sena Timmy Agius li din is-sena lagħab ma’ Valletta.

Agius kien ingħaqad ma’ Valletta mingħand Neptunes din is-sena u kien iffirma kuntratt ta’ erba’ snin. Minbarra dan l-istaġun, Agius kien lagħab ukoll ma’ Valletta fl-2011 u fl-2012.

Timmy Agius hu prodott ta’ Neptunes, klabb li magħhom għamel id-debutt mat-tim tal-kbar. Hu kien parti mit-timijiet li rebħu l-kampjonat fl-2013, fl-2014 u fl-2016 minbarra li rebaħ diversi unuri oħra.