Lokali

Albaniż isofri minn ġrieħi gravi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Albaniż ta’ 44 sena residenti Birkikara sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċidnet ta-traffiku. Għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ li sar irrużulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip BMW misjuq minn Albaniż ta’ 44 sena residenti Birkikara u trakk Daf li kien misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Mosta. Fuq il-mutur kien hemm ukoll Albaniża ta’ 28 sena mis-Swieqi.

L-Albaniżi ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard il-mara ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li r-raġel kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.