Futbol Sport

Birkirkara jakkwistaw lil Petar Orlandic

Birkirkara akkwistaw lill-attakkant Petar Orlandic b’kuntratt ta’ sena, bit-tama li l-kowċ Paul Zammit ikollu l-attakkant ġust. L-aħjar skorers ta’ Birkirkara fil-kampjonat sa issa huma Jake Grech u Michael Mifsud li skorjaw żewġ gowls.

Fil-karriera tiegħu, l-attakkant Montenegrin ta’ 28 sena lagħab f’pajjiżu, fl-Iżrael, is-Serbja, il-Portugall u ċ-Ċina u din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu fil-futbol Malti.

Fost l-esperjenzi tiegħu, tispikka li kellu ma’ Red Star Belgrade, klabb li ngħaqad miegħu f’nofs l-istaġun 2014/2015. Hu dam magħhom sentejn u nofs u skorja 14-il gowl fi 30 logħba.

L-istaġun li għadda, Orlandic kien qed jilgħab fit-tieni diviżjoni tal-Portugall ma’ CF Uniao fejn lagħab ħames logħbiet u skorja darbtejn. Fit-tieni parti tal-istaġun hu kompla l-karriera fiċ-Ċina ma’ Xinjiang Tianshan Leopard FC u lagħab ħames logħbiet.