Lokali Parlament

Il-gvern hu kollox minbarra Soċjalist

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna li kif qalet is-Soċjalista Ana Gomez, dan il-gvern hu kollox minbarra Soċjalist.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-ekonomija qed tikber iżda effettivament għandu jkun ikkunsidrat x’qed jibbnefikaw minn dan dawk vulnerabbli. Hawn 72,000 persuna li qed tgħix f’faqar relattiv.

Hu qal li l-Gvern qed iġib 15,000 barrani fis-sena meta m’għandux pjan fit-tul għal dan. Filwaqt li tratta l-problema kbria tal-kera fil-pajjiż, Ivan Bartolo qal li fl-2018 għad hawn problemi kbar fis-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-problemi li jiffaċċjaw il-familji li jkollhom problemi oħra minbarra dawk finanzjarji u qal li għandhom ikunu installati l-lifts fl-appartamenti fejn jgħixu l-anzjani. Hemm ukoll iż-żgħażagħ li jridu jiżżewġu iżda jsibuha diffiċli minħabba l-problemi finanzjarji.

Ivan Bartolo tkellem dwar il-kundizzjonijiet li jgħixu fihom diversi katgeoriji ta’ persuni u qal li l-gvern għandu jkun ikona tar-ruħ soċjali. M’hemm xejn soċjalista fdak li qed iseħħ f’Malta kif qalet is-Soċjalisa Ana Gomez. Hawn 3500 applikazzjoni għad-djar soċjali u l-appartamenti ss jkunu lesti fl-2021, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa x’s jagħmlu n-nies li qed ikollhom żiedet fil-kirjiet tal-postijiet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li qatt ma nħasset il-ġtieġa li jinfetħu food banks u organizzazzjoni tal-hampers daqs issa. Dan filwaqt li l-knisja qed torganizza l-kċejjen tas-soppa għand il-Franġiskani tal-Belt, sostna Ivan Bartolo, u qal li s-servizzi finanzjarji li għandhom jaslu għand in-nies.