Lokali

FILMAT: Argument jaħraq f’Santa Luċija; iwaddab oġġetti lejn l-eks tfajla tiegħu wara li ħebbew għalih

Ir-residenti jiddeskrivu x-xena "qisha tal-films""

Numru kbir ta’ Pulizija issejħu f’Santa Luċija fuq rapport ta’ argument jaħraq bejn numru ta’ persuni.

Il-każ seħħ fi Triq il-Lellux, fejn nies li kienu fil-post qalulna li raġel allegatament waddab diversi oġġetti u anke ġebel lejn l-eks tfajla tiegħu.

L-argument tant eskala li l-familja tat-tfajla irritaljat għal din l-aggressjoni, u saqet vettura għal fuq il-karozza tar-raġel.

Għalkemm dawn kienu l-fatti li waslu għandna, ir-raġel involut għamel kuntatt ma’ dan is-sit u rrakkonta verżjoni totalment differenti. Hu insista li kien hu li ġie aggredit minn sħab l-eks tfajla tiegħu, li ġew għalih bis-skieken. Il-grupp li mar għalih kien magħmul minn tmien persuni.

Residenti qalulna li litteralment raw traġedja sseħħ quddiem għajnejhom. “Kienet xena qisha tal-films”, sostnew in-nies li joqgħodu fit-triq.

Net News hu nfurmat li l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.