Ambjent Lokali

Iktar taħwid fl-iskema tal-ġbir tal-iskart

Net News ikompli jikxef it-taħwid tal-Ministru Herrera

Wara li l-bieraħ il-Gvern nieda ufficjalment l-iskema tal-ġbir tal-iskart, il-pubbliku jidher li għad għandu iktar mistoqsijiet milli tweġibiet u l-media socjali llum hija mimlija b’kummenti u posts ta’ persuni li għadhom qed jistaqsu dwar l-iskema.

Milli jidher, għad fadal numru kbir ta’ djar li għadhom ma rcevewx il-kontenitur li fih suppost izommu l-iskart organiku. Dan minkejja li l-Kap Ezekuttiv tal-Wasteserv ilbieraħ qal li tqassmu ‘l fuq minn 60% tal-‘bins’.

Barra minn hekk, ħadd ma jaf eżatt il-hinijiet tal-ġbir kif se jkunu.

Persuna li toqghod iż-Żejtun u li cemplet lill-Kunsill Lokali biex tistaqsi dwar il-hinijet tal-gbir tal-iskart fiz-zona taghha intqalilha li trid iccempel lill-Wasteserv ghal din l-informazzjoni ghaliex din hi skema taghhom u mhux tal-Kunsill.

L-istess persuna ċemplet lill-Wasteserv ghal din l-informazzjoni izda l-persuna inkarigata qalilha li din hi informazzjoni li jrid jaghtihiela l-kunsill ghax dan hu servizz tal-Kunsill Lokali.