Lokali Qorti

Il-Qorti tikkonferma li għandha tiġi konkluża l-evidenza

Il-Qorti sabet li hemm biżejjed evidenza sabiex l-imprenditur Silvio Zammit jitressaq ġuri fuq akkużi ta’ tixħim. Dan b’rabta mal-każ li allegatament jorbtu ma’ kumpanija Żvediża li tipproduċi t-tabakk snus – talba ta’ tixħim li skont l-akkuża, tlaħħaq is-€60 miljun.

Fil-Qorti il-Ħamis ħareġ ukoll il-punt illi l-Avukat Ġenerali qed ikompli jkaxkar saqajh biex jordna xiehda barranin jitilgħu jagħtu t-testimonjanza tagħha. Hawn, b’referenza partikolari għal ċerta Inge Delfosse li rrifjutat illi tiġi Malta tagħti xiehda fil-każ.

Issa, is-seduta li jmiss skedata għall-15 ta’ Novembru.

L-avukati Edward Gatt u Kris Busietta qed jidhru għall-akkużat.