Lokali

Maħtura tliet ambaxxaturi ġodda ta’ Malta

Il-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva, b’vot unanimu, in-nomina ta’ zewġ ambaxxaturi residenti u ambaxxatur mhux residenti.

Dawn l-ambaxxaturi huma Jean Claude Galea, Ambaxxatur ta’ Malta, Residenti, għall-Ghana,  Vanni Xuereb, Ambaxxatur ta’ Malta, Residenti, għal Spanja u Ray Bondin, Ambaxxatur ta’ Malta, mhux Residenti, għall-Bulgarija.