Lokali

Raġel ta’ 35 sena jsofri ġrieħi ħfief

Għall-ħabta tas-1.20 seħħ inċident tat-traffiku fi Triq tal-Balal, San Ġwann, fejn ir-roundabout direzzjoni għall-Għargħur.

Uffiċjali tal-pulizija qalu lil NET News li raġel ta’ 35 sena li kien qed isuq vettura tat-tip Toyota tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u b’konsegwenza t’hekk baqa’ dieħel fir-roundabout.

Fuq il-post wasal tim mediku, kif ukoll diversi pulizija u karozza tat-tifi tan-nar. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief. Fil-vettura kien hemm ukoll tifel ta’ madwar tliet snin li ma sofra l-ebda ġrieħi.

Jidher li t-triq kellha tingħalaq minħabba xi diesel li beda ħiereġ mill-karozza. Kawża ta’ dan l-inċident inġema’ ħafna traffiku fid-direzzjoni lejn San Ġwann.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.