Kunsilli Lokali Lokali

FILMAT: Jgħid li m’hemmx bżonn konsultazzjoni itwal

6 xhur tard.. sitt ġimgħat biss konsultazzjoni, hekk kif għas-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, sitt ġimgħat konsultazzjoni huwa biżejjed.. dan b’referenza għar-riforma tal-Kunsill Lokali li ġiet proposta ftit tal-jiem ilu.. u dan meta din l-istess riforma waslet sitt xhur tard.

Saqsejnih ukoll għaliex ma ħax daqstant proposti mid-dokument tal-Partit Nazzjonalista, meta minn 80 proposta tal-Oppożizzjoni, fir-riforma tal-Kunsilli kull m’hemm 3 proposti…

Ir-riforma tal-Kunsilli fiha diversi punti dibattibbli. Fost l-ohrajn, wiehed jiftakar illi sa ftit ilu Silvio Parnis kien qal li s-Sindki se jkunu full-time…iżda fir-riforma, din għadha mistoqsija, u jrid li jkunu n-nies li jaraw xi jridu.