Lokali Saħħa

“Għandna ħajja wahda u rridu ngħożżuha”

Fittxu l-ghajnuna. Tibzghux. Ghandna ħajja wahda u rridu ngħożżuha.

Kien dan l-appell ta’ Fleie Marie Cilia Buckett lil dawk kollha li qed ihossu xi haga mhux tas soltu u qed jibzghu ifittxu l-ghajnuna.

Hija Kienet qed titkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet propju fil-jum li madwar I’d-dinja qed jigi mfakkar Pink October Day u. li tulha inghataw id-dettalji dwar ir-raba’ edizzjoni tal-Pink Ribbon Motorcycle Ride li ser issir il-Hadd li gej.

Fleur Marie hija maghrufa bhala l-biker tal-ġwienaħ roża u Kienet hi li erba’ snin ilu organizzat l-ewwel Pibk October Bike Ride li l-ghan tagħha hu li tigbor fondi sabiex jintuzaw minn organizzazzjiniet differenti li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer.

Din is-sena l-fondi migbura se jinghataw lill-Action for Breast Cancer Foindation u se jissarrfu f’servizzi psikologici kemm ghall-pazjenti kif ukoll ghall-familjari taghhom.

Il-bikers huma mhegga jippartecipaw f’din ir-rikba u jingabru nhar il-Hadd fit-8.30 ta’ filghodu hdejn San Anton. Ir-rikba tintemm il-Bahrija ghall-habta tal-11.00am.

Il-President ta’ Malta mistennija tippartecipa f’din l-attivita’.