Sport Sport Ieħor

Roger Federer jirbaħ id-99 titlu fil-karriera fuq livell ta’ tour

(Ritratt: EPA)

Roger Federer rebaħ id-99 titlu tiegħu hekk kif li rebaħ it-tournament Swiss Indoors li sar f’Basel. Federer kellu sfida tajba mis-sid numru 93 Marius Copil iżda rebaħ xorta 7-6, 6-4. Id-disa’ suċċess ta’ Federer f’din il-kompetizzjoni, fisser li issa jinsab biss 10 titli tat-tour bogħod mir-rekord ta’ kull żmien ta’ Jimmy Connors.

Copil kien kiser is-service kmieni fil-logħba u saħansitra sforza tie-break li eventwalment mar in-naħa ta’ Federer. Ir-Rumen li s-Sibt kien elimina lis-sid numru tnejn Alexander Zverev, kien 3-0 u 4-1 minn fuq fit-tieni set. Iżda l-20 darba rebbieħ ta’ Grand Slam wieġeb bil-kbir u mhux  biss għamel l-iskor 4-4, iżda mar minn fuq meta kellu s-service biex għalaq il-logħba.

Intant, Kei Nishkori tilef id-disa’ finali ATP b’mod konsekuttiv wara li kien megħlub minn Kevin Anderson 6-3, 7-6 fil-finali tal-Erste Bank 500 li saret fi Vienna. L-isfortuna tas-sid numru 11 fid-dinja, tfisser li t-titlu mirbuħ f’Memphis fl-2016, li kien it-tieni wieħed fil-karriera, jibqa’ l-aktar wieħed riċenti.

Aktar minn hekk, Anderson kiseb post fil-Finali ATP li se jsiru f’Londra. Hu se jingħaqad ma’ Rafael Nadal, Novak Djokovic, Juan Martin del Potro, Roger Federer u Alexander Zverev, b’żewġ postijiet li għadhom vojta. Dawn jistgħu jittieħdu mill-istess Nishikori, Marin Cilic, Dominic Thiem u John Isner.

Din it-titlu kien ir-raba’ waħda fil-karriera għal Anderson li ċertament qed ikollu l-aħjar staġun. Għall-ewwel darba se jispiċċa s-sena kalendarja mal-aqwa għaxar tennisti fid-dinja kif ukoll wasal sal-finali ta’ Wimbledon. Aktar kmieni din is-sena, Nishikori tilef il-finali tal-Open tal-Ġappun.

Tags