Lokali

“Nitkellmu fuq dak li qed iħossu n-nies” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppozizzjoni xejjen l-argumenti kollha li għamel il-Prim Ministru fid-diskors tieghu ta’ nhar it-Tlieta

“Muscat qed imexxi Gvern tan-numri u mhux Gvern tan-nies”. Hekk stqarr dalghodu fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia meta indirizza dibattitu ieħor dwar l-estimi tal-Budget – din id-darba l-estimi dwar l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Diskors illi fih Adrian Delia spjega għaliex pajjiżna jeħtieġ pjan fit-tul.

Dwar dan kollu il-Gvern mhu jgħid xejn. B’kuntrast assolut mal-PN, li fi kliem Adrian Delia, il-prijorita’ tiegħu tibqa’ dak li qed iħossu n-nies.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppozizzjoni xejjen l-argumenti kollha li għamel il-Prim Ministru fid-diskors tieghu ta’ nhar it-Tlieta. Adrian Delia saħaq illi illum wasal iz-zmien li nibdew nitkellmu dwar “il-progett ghal pajjizna”, u nwarrbu dawk li sejjaħ “tricks” tal-Prim Ministru Muscat.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni qal illi l-Gvern qata’ qalbu mill-housing socjali u qata’ qalbu ukoll mill-kriżi tal-iskart li qed niffaċjaw.

Fi tmiem id-diskors, Adrian Delia ghalaq b’messagg pozittiv ghal pajjizna.