Lokali

Imfakkar Jum il-Mejtin kollha

Ix-xahar sinonimu maż-żjarat fiċ-ċimiterji madwar il-pajjiż

Għal bosta familji, il-ġurnata tal-lum tfakkar fl-għeżież tagħna li ħallewna.

Fil-fatt sa minn kmieni filgħodu numru kbir ta’ persuni dehru jżuru ċ-ċimiterju tal-Addollorata kif ukoll ċimiterji oħrajn.

Il-Knisja Kattolika tirreferi għal din il-ġurnata bħala l-Għid tal-Erwieħ, b’quddies solenni ċċelebrat fil-Knejjes madwar Malta u Għawdex.

Matul ix-xahar ta’ Novembru, ikunu ħafna l-persuni li jmorru ċ-Ċimiterju jpoġġu fjuri u xemgħat fil-post fejn hemm midfuna dawk għeżież għalihom.