Lokali

Il-pressjoni ta’ Net News twassal biex għallinqas isir xogħol ta’ malajr fi Triq il-Wied

Jumejn wara li Net News ippubblika ritratti li juru l-istat diżastruż ta’ Triq il-Wied, f’Ħal Balzan, sar xogħol temporanju ta’ patching biex għallinqas issa tneħħew il-ħofor perikolużi li kien fiha.

Suppost li x-xogħol fuq din it-triq kellu jitlesta f’Settembru li għadda, eżatt qabel tibda l-iskola, iżda r-ritratti juru ċar li anke jekk sar patching, ix-xogħol xorta hu altru milli lest.

Triq f’Ħal Balzan li tħalliet ġimgħat f’diżastru