Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jegħleb lil Roger Federer u jikkwalifika għall-finali tal-Masters ta’ Pariġi

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic għeleb lil Roger Federer f’logħba eċċitanti fi tliet sets biex għadda għall-finali tal-Masters ta’ Pariġi. Fis-47 konfront ta’ bejniethom, is-Serb rebaħ 7-6, 5-7, 7-6 fi tliet sigħat u żewġ minuti. Djokovic li għada jiċċelebra r-ritorn tiegħu bħala s-sid numru wieħed fid-dinja, jilgħab kontra Karen Khachanov, wara li r-Russu għeleb lil Dominic Thiem.

“Kienet logħba spettakolari u waħda mill-aqwa fil-karriera tiegħi kontrih,” qal Djokovic. It-tennist ta’ 31 sena hu erba’ darbiet rebbieħ tal-Masters ta’ Pariġi. Rebħa fil-finali tarah jilħaq lill-Ispanjol Rafael Nadal bi 33 titlu tal-Masters.

L-Iżvizzeru sid numru tlieta kien qed jimmira li jirbaħ il-100 titlu fil-karriera, u deher li jinsab fl-aqwa forma fis-semifinali u kompla jissaħħaħ aktar ma’ kompliet il-logħba. Hu falla set point fit-tie-break tal-ewwel set, u seta’ biss isegwi hekk kif Djokovic ħa vantaġġ kmieni, u baqa’ għaddej wara siegħa u 14-il minuti mill-isbaħ.

Tags