Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Manfred Weber li se jkun il-Kandidat tal-PPE għall-Presidenza tal-Kummisjsoni Ewropea

Il-Partit Nazzjonalista feraħ lil Manfred Weber, li ġie elett bħala l-Kandidat tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista awgura wkoll lil Alexander Stubb, li wkoll ikkontesta din l-elezzjoni, li saret waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Ħelsinki, fil-Fillandja.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li qed iħares ‘il quddiem biex jaħdem ma’ Manfred Weber u mal-Partit Popolari Ewropew għal Ewropa li Jinteressaha.