Futbol Sport

Zach Muscat u Luke Gambin mill-ġdid fit-tim nazzjonali għall-partiti kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe. Jirritorna ukoll Jonathan Caruana.

Il-kowċ nazzjonali Malti, Ray Farrugia sejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għall-aħħar żewġ partiti li Malta mmisha tilgħab fil-grupp tal-UEFA Nations League kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Iż-żewġ partiti se jintlagħabu fis-17 u l-20 ta’ Novembru rispettivament. Fl-għażla ta’ Farrugia hemm l-uċuħ tad-difensur Zach Muscat li jilgħab ma’ Pistoiese fl-Italja u l-winger Brittaniku b’dixxendenza Maltija, Luke Gambin li jilgħab fl-Ingilterra ma’ Crawley Town. Dawn it-tnejn kienu assenti mill-iskwadra fl-impenn doppju li Malta kellha x-xahar li għadda fil-Kosovo u l-Ażerbajġan rispettivament.

Farrugia sejjaħ ukoll liż-żgħażagħ Dunstan Vella ta’ Hibernians u Kyrian Nwoko ta’ Valletta, waqt li fid-difiża reġa’ irritorna Jonathan Caruana ta’ Valletta, li għal dawn l-aħħar xhur kien barra mill-logħob minħabba sospensjoni iżda wara deċiżjoni tal-Qorti Arbitrali tal-iSport, il-plejer issa reġa’ qed jilgħab kemm mal-klabb u issa anke mat-tim nazzjonali Malti.

Il-plejers kollha magħżula għall-partiti kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe huma:

Gowlkipers:
Henry Bonello (Valletta); Andrew Hogg (Hibernians); Steve Sultana (Balzan).

Difensuri:
Andrei Agius (Hibernians)*; Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs); Steve Borg (Valletta)*; Ryan Camilleri (Valletta); Jonathan Caruana (Valletta); Clayton Failla (Floriana); Joseph Mbong (Hibernians); Zach Muscat (US Pistoiese, Italja); Joseph Zerafa (Valletta).

Midfielders:
Roderick Briffa (Gżira United); Juan Corbalan (Gżira United); Paul Fenech (Birkirkara); Jake Grech (Birkirkara); Bjorn Kristensen (Hibernians); Rowen Muscat (Valletta); Stephen Pisani (Floriana); Dunstan Vella (Hibernians).

Attakanti:
Andrew Cohen (Gżira United); Alfred Effiong (Balzan); Luke Gambin (Crawley Town, Ingilterra); Michael Mifsud (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta); Andrè Schembri (Apollon Limassol, Ċipru).

*Andrei Agius u Steve Borg se jkunu sospiżi għall-partita kontra l-Kosovo iżda disponibbli għall-konfront ta’ kontra l-Gżejjer Faroe.