Futbol Sport

Delegazzjoni ta’ ACF Fiorentina żżur il-faċilitajiet sportivi f’Malta

Il-paġna ta’ Facebook tal-programm sportiv ta’ Net Television, Replay, żvelat li delegazzjoni ta’ ACF Fiorentina tinsab f’Malta, fejn fost oħrajn illum iltaqgħet ma’ diriġenti tal-Malta Football Association biex setgħu jżuru l-faċilitajiet li toffri l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol.

Iż-żjara qed issir wara li kien żvelat li l-klabb tas-Serie A, fl-Italja, qed jikkunsidra li fil-bidu ta’ Jannar jġib l-iskwadra ewlenija għal kamp ta’ taħriġ propju f’Malta.

Ritratt ippubblikat fuq l-istess paġna uri lid-diriġenti Taljani jżuru l-Istadium Nazzjonali, akkumpanjati miċ-Chairman ta’ Malta Football Camps, Hannes Empl. Id-delegazzjoni ta’ Fiorentina hi ffurmata minn Alberto Marangon, bħala Team Manager tal-klabb, kif ukoll konsulent tal-Vkola.

Madankollu pajjiżna mhux l-uniku li l-Vjola qed jikkunsidraw, hekk kif ninsabu nfurmati li hemm ukoll tliet siti fi Spanja li qed ikunu analizzati. Jekk jagħżlu lil Malta, Fiorentina mistennija jħabbru partità ta’ ħbiberija kontra ċ-champions tal-futbol Malti, Valletta Football Club u mhux eskluża wkoll logħba kontra Gzira United F.C.

Sadattant din l-aħbar esklussiva ta’ Replay diġa’ kienet ikkwotata fl-Italja, fost oħrajn mis-sit popolari tal-aħbarijiet relatati mal-klabb, ViolaNews.com li kkwotaw lil Replay f’aħbar li ppubblikaw.

https://www.facebook.com/ReplayNetTelevision/posts/1600630726704718?__xts__%5B0%5D=68.ARBbOODUtCYobFQwfG5ZjS2hKYlA_qfRKbRngyUt5CVwUsDeRbjwLJLf-ZDMEpU64EH87zD-wig4CK86IOzSFp-mwtc4GeGWVeFhpMCt4IKdrlHUn08NY3dJfb4QzW9ZTfuFSWZTJ5Z4f4I-aEeB6pNVoPYfjeWfXgEfDUXEPEVWVeyzbchcv8rh_qIuGeYFNNliIdqYdajitV7WAhrL88ybnowMSdUejCp4T3lwhmH-UZA474CI5VGcyRcjskheMnHZ-pNZefRznp46_Dje4irKHVhAhLiMosjlfEWEbbcOdevSBLOefXOjOFV7mnzM_Yd_jnpsGeS4Ken0boM&__tn__=-UC-R