Lokali

Aġġornata: Jittella’ katavru mill-bajja ta’ Għar Lapsi

Mara ta’ 51 sena, residenti l-Gżira, ittellgħet mejta mill-baħar viċin Għar Lapsi.

Il-Pulizija ssejħet fuq il-post għall-ħabta tat-3:20pm.

Fil-post issejħet ukoll ambulanza b’tim mediku mmexxi minn infermier mill-isptar Mater Dei. Il-katavru tal-mara ttella’ mill-baħar permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Dwar dan il-każ mistennija tinfetaħ inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud, bl-investigazzjoni titmexxa mill-Pulizija tad-Distrett taż-Żurrieq.