Sport Sport Ieħor

Judd Trump idawwar il-logħba bi tliet frames konsekuttivi u jirbaħ l-Open tal-Irlanda ta’ Fuq tas-snooker

Judd Trump għamel tliet ċentenarji biex għeleb lil Ronnie O’Sullivan 9-7  rebaħ l-Open tal-Irlanda ta’ Fuq. Din ir-rebħa għal Trump fissret l-ewwel titlu fi 13-il sena, bl-aħħar tournament li rebaħ kien il-European Masters kontra Stuart Bingham fl-2017.

O’Sullivan li kien qed jimmira għar-rebħ tat-tielet tournament mill-erbgħa li daħal għalihom dan l-istaġun, fetaħ il-logħba bi break ta’ 64, iżda spiċċa biex tilef il-frame wara li falla l-boċċa l-kannella. Il-ħames darbiet champion tad-dinja rkupra u bi breaks ta’ 69 u 65 mar 2-1, iżda kien sfurzat jara lil Trump iwettaq break ta’ 105 fir-raba’ frame.

Trump li hu s-sid numru ħamsa tad-dinja, saħansitra mar 3-2 minn fuq bi break ta’ 117, iżda O’Sullivan irnexxielu b’xi mod jirbaħ is-sitt frame biex b’hekk it-tnejn reġgħu kienu fi draw ta’ 3-3. O’Sullivan reġa’ kien sfurzat isegwi s-seba’ frame, b’Trump iwettaq break ta’ 108, iżda l-vantaġġ ma rduppjawx għaliex fit-tmien frame O’Sullivan għamel break ta’ 58 u rebaħ il-frame meta daħħal il-boċċa s-sewda tal-aħħar.

Is-sessjoni ta’ filgħaxija fetħet b’Trump jirbaħ id-disa’ u l-aħħar frame, iżda reazzjoni O’Sullivan wasslet biex rebaħ it-12 u t-13-il frame bi breaks ta’ 78 u 134 u poġġa lilu nnifsu żewġ frames bogħod mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 7-6. Iżda finalment kien Trump li rebaħ it-trofew Alex Higgins, meta kiseb tliet frames konsekuttivi biex minbarra t-trofew, rebaħ ukoll £70,000.

Tags