Lokali

AĠĠORNATA: Sitwazzjoni sigura fi Pjazza San Ġorġ

Parti minn bagalja tqajjem suspett

Wara ħidma mill-Explosives Ordnance Disposal, ġie konfermat illi l-bagalja li tħalliet fi Pjazza San Ġorġ, mhux theddida. Dan wara li l-EOD investigat din il-bagalja, li nstabet ħdejn l-Istitut Kultura Taljan fil-Belt.

AKTAR KMIENI

Pulizija evakwaw lil kulħadd minn Pjazza San Ġorġ wara li daħlet theddida ta’ bomba.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9am.

Fil-post hemm membri tal-EOD li qed jikkordinaw it-tfittxija. Jidher illi s-suspett feġġ meta ġie innutat oġġett suspettuż fil-ġenb tal-Pjazza, qrib Triq l-Arċisqof. Rapporti qed jindikaw li dan l-oġġett kien parti minn bagalja.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.