Lokali

Isib il-karozza milqutha b’tiri t’arma tan-nar

Dalgħodu xufier ta’ karozza sab sorpriża xejn pjaċevoli hekk kif ħareġ biex isuq.

Dan hekk kif il-vettura li kellu pparkjata f’San Ġiljan sab il-windscreen milqutha b’tiri t’arma tan-nar.

Il-każ seħħ f’ Telgħet Birkirkara, hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-att vandalu fuq il-karozza tat-tip Toyota Vitz, seħħ matul il-lejl.

Filwaqt li l-Pulizija ma kellu l-ebda rapport dwar xi persuni midruba b’rabta mal-każ, infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea.